Friday, October 30, 2026
Home Sport Tennis: Elena Rybakina tirtira mill-Open ta’ Tokyo wara li kisbet l-ewwel post...

Tennis: Elena Rybakina tirtira mill-Open ta’ Tokyo wara li kisbet l-ewwel post tal-klassifika annwali

0
40

Elena Rybakina, li tinsab fl-ewwel post tal-klassifika dinjija, irtirat mill-Pan Pacific Open f’Tokyo minħabba injury, ġurnata biss wara li aċċertat ruħha li se tispiċċa l-istaġun fil-quċċata tal-klassifika tal-WTA.

Il-Każaka ta’ 27 sena kellha tilgħab kontra l-Kanadiża Leylah Fernandez fil-kwarti-finali, iżda rtirat qabel il-partita, biex b’hekk l-avversarja tagħha għaddiet għas-semi-finali.

Rybakina spjegat li kienet ilha diversi jiem tbati minn injury żgħira u ma riditx tirriskja li tilgħab mingħajr ma tkun fl-aqwa kundizzjoni tagħha, speċjalment meta t-Tazza tal-Finali tal-WTA tinsab fil-qrib.

Hija mistennija tirritorna għall-azzjoni fit-tournament finali tal-istaġun f’Indian Wells, li jibda fit-8 ta’ Novembru.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here