Il-virologu magħruf Chris Barbata llum ħa t-tilqima kontra l-Covid-19. Barbara, li huwa d-Direttur tal-Patoloġija fl-Isptar Mater Dei, huwa figura prominenti fl-isforzi ta’ pajjiżna kontra l-virus.
Il-mument tal-vaċċinazzjoni tiegħu kienet ippubblikata fuq il-midja soċjali mill-ġurnalist Brian Hansford.
Attwalment in-nies qed jiġu vaċċinati bil-vaċċin tal-Pfizer, madankollu dożi tal-vaċċini ta’ Moderna u AstraZeneca mistennijin li jibdew jintużaw ladarba jiġu approvati mill-Aġenzija għall-Mediċini Ewropea.