Wednesday, July 24, 2024

Ambaxxaturi tal-UE japprovaw b’mod unanimu l-ftehim ta’ kummerċ mar-Renju Unit wara Brexit

Aqra wkoll

Fi Brussell, ambaxxaturi ta’ stati membri tal-Unjoni Ewropea approvaw il-ftehim li se jkun qed jidħol fis-seħħ wara Brexit bejn il-blokk Ewropew u r-Renju Unit.

“Ambaxxaturi Ewropej approvaw unanimament l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta’ Kummerċ u Koperazzjoni bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea mill-1 ta’ Jannar 2021,” qal Sebastian Fischer, kelliemi għall-Presidenza Ġermaniża tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mistenni li jawtorizza l-iffirmar tal-ftehim għada.

Il-ftehim se jkun applkat b’mod proviżorju wara li r-Renju Unit jitlaq mis-suq waħdieni mill-1 ta’ Jannar li ġej.

Il-ftehim xorta se jkun jinħtieġ l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew sat-28 ta’ Frar li ġej.

Ekonomija

Sport