Il-virus tal-Covid-19 jista’ jgħix sa xahar fuq uċuħ u materjali bħall-karti tal-flus, screens tal-mobile u oġġetti magħmula mill-istainless steel. Riċerkaturi mill-aġenzija nazzjonali tax-xjenza Awstraljana CSIRO qalu li l-virus jista’ jibqa ħaj għal żmien itwal minn dak li kien maħsub.
Studji li kienu saru qabel minn laboratorji oħra kienu juru li s-SARS-Covid-2 jista’ jgħix minn jumejn sa tlett ijiem fuq karti bankarji u ħġieġ u sa sitt ijiem fuq uċuħ magħmula minn plastic u stainless steel.
Id-Deputat Direttriċi ta’ wieħed miċ-ċentri li ħadmu fuq din l-analiżi qalet li hemm bżonn li jkun hemm rinfurzar fuq l-ħasil tal-idejn aktar frekwenti issa li rriżulta li dan il-virus jista’ jirreżisti daqstant.
Dr Debbie Eagles spjegat li f’temperatura ta’ madwar 20 grad nstab li l-virus kien kapaċi jgħix għal 28 ġurnata fuq materjali bħalma huma l-ħġieġ u l-karti tal-flus. B’paragun, il-virus tal-influwenza jgħix għal 17-il jum fl-istess ċirkustanzi.