Thursday, April 25, 2024

Il-każi attivi jaqbżu t-800 b’aktar każi ġodda minn fejqan

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

In-numru ta’ każi ġodda reġistrati matul dawn l-aħħar 24 siegħa kienu 68 każ ġdid minn 1,940 swab tests. FL-istess waqt kien hemm 14-il persuna li rkupraw mill-virus biex in-numru ta’ każi attivi telgħu għal 820 każ.

Il-Ministeru għas-Saħħa qal li filwaqt li l-każi tal-lum għadhom qed jiġu investigati, mill-każi tal-bieraħ jirriżulta li kien hemm 22 każ ta’ qraba li ġew f’kuntatt ma’ qarib li kien diġà pożittiv għall-virus, persuna li ġiet f’kuntatt dirett ma’ każ pożittiv għall-Covid-19, 11-il każ ta’ trasmissjoni tal-virus fuq il-post tax-xogħol, każ minn cluster f’Paceville u każ relatat ma’ tlaqqigħ soċjali ma’ każi oħrajn pożittivi.

https://www.facebook.com/sahhagovmt/posts/211508070567744

Sport