Raġel ta’ 66 sena huwa s-66 sena li miet waqt li kien pożittiv bil-Covid-19.
Ir-raġel kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-20 ta’ Ottubru u ddaħħal l-Isptar Mater Dei fis-26 ta’ Ottubru. Huwa baqa’ jingħata l-kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater fejn miet aktar kmieni llum.
Ir-raġel kien ibati minn mard kroniku ieħor.
Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjan jappella lill-poplu biex jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza fiżika u l-użu tal-maskra kullimkien.