L-għadd ta’ katavri rkuprati minn qalb it-tifrik ikkawżat mit-terremoti li laqtu fin-naħa t’isfel tat-Turkija u n-naħa ta’ Fuq tas-Sirja tela’ għal 16,000.
Mingħajr l-għajnuna għal kenn, provvista tal-ilma adekwata, fjuwil jew elettriku l-organiazzazzjonijiet umanitarji qegħdin jibżgħu li ħafna minn dawk li ġew irkuprati ħajjin għadhom fil-periklu li jitilfu ħajjithom.
Biża’ oħra hija l-possibbiltà ta’ terremoti oħra li jistgħu jikkawżaw ħsara akbar minn dik ikkawżata f’dawn l-ewwel terremoti.
Uffiċjali tas-salvataġġ minn diversi pajjiżi madwar id-dinja, inkluż tim minn pajjiżna, għadhom għaddejjin bit-tfittxija qalb il-binjiet imġarrfa, iżda it-tamiet li jinstabu persuni ħajjin qegħdin kulma jmur jonqsu.