Dawk li rċevew in-notifika biex jiġbru l-vouchers u għadhom ma ġabrux il-vouchers jistgħu jagħmlu dan sal-aħħar ta’ Awwissu mill-eqreb uffiċċju postali tagħhom.
Dawk li ma rċevewx il-vouchers jew in-notifika u kellhom 16-il sena sat-8 ta’ Ġunju 2020 jistgħu jirrapportaw dan billi jibagħtu email fuq [email protected] u fiha jinkludu dettalji ta’ ID Card, isem kunjom u numru ta’ kuntatt jew inkella billi jmorru fl-eqreb uffiċċju tal-MaltaPost.