Saturday, December 28, 2024

Il-WHO: Fil-Lvant tal-Ewropa t-theddida tal-Omicron għadha għolja

Aqra wkoll

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) wissiet li mewġa ġdida ta’ infezz­jonijiet tal-varjant Omicron qiegħda taħkem b’saħħa fil-Lva­nt tal-Ewropa. Fid-dawl ta’ dan il-WHO wissiet lill-awtoritajiet ta’ din il-parti tal-Ewropa biex isaħħu l-programm ta’ tilqim u jieħdu l-miżuri neċessarji. 

Fl-aħħar ġimgħat, il-każijiet ġodda ta’ Covid-19 irduppjaw f’pajjiżi bħall-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Belarus, il-Georgia, ir-Russja u l-Ukrjana. Il-kummenti tal-WHO saru fl-istess żmien li pajjiżi oħrajn f’din il-parti tal-Ewropa – bħar-Repubblika Ċeka u l-Polonja – taw indikazzjoni li r-restrizzjonijiet tal-Covid-19 se jitnaqqsu mhix xahar li ġej jekk il-każijiet ikomplu jonqsu. 

Min-naħa tagħha l-WHO saħqet dwar il-bżonn li jkomplu jittieħdu l-miżuri neċessarji bħar-rapid testijiet u anke l-ilbies tal-maskri. Din l-għaqda qalet li s-sitwazzjoni preżenti hija waħda tat tħassib hekk kif il-ġimgħa li għaddiet biss madwar l-Ewropa kien hemm 165 miljun każ ġdid u 25,000 mewt.  

Finalment il-WHO saħqet dwar il-bżonn tat-tilqim u qalet li fil-Lvant tal-Ewropa hemm bżonn li jsir ħafna iktar dwar dan. F’pajjiżi bħall-Bożnija-Herzegovina, il-Bulgarija, il-Kyrgyzstan, l-Ukrajna u l-Uzbekistan in­qas minn 40% ta’ dawk li għandhom iktar minn 60 sena ħadu l-programm kollu tat-tilqim kontra l-Covid-19.

Ekonomija

Sport