Saturday, May 4, 2024

UCL: Man City viċin il-kwarti-finali b’rebħa kbira fuq Sporting Lisbon

Aqra wkoll

Manchester City għamlu pass kbir lejn il- kwarti-finali tal-UEFA Cham­pions League meta fl-ewwel leg tal-Aħħar 16 marru għand Sporting Lisbon u għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 5-0. Fil-partita l-oħra kollox għadu nċert minkejja li Paris St-Germain għelbu lil Real Madrid 1-0.

Sporting v Man City 0-5 – Manchester City għandhom sieq waħda mal-aħħar tmienja ta’ din il-kompetizzjoni meta barra minn darhom għelbu lil Sporting Lisbon 5-0 liema partita kienet mirbuħa u mitlufa sa tmiem l-ewwel taqsima hekk kif l-Ingliżi daħlu jistrieħu bl-iskor ta’ 4-0. 

Is-Citizens ma setgħux kellhom bidu aħjar meta wara biss disa’ minuti huma fetħu l-iskor minn Riyad Mahrez li kompla għal ġewwa mill-pass ta’ Kevin De Bruyne. 

Fis-17-il minuta huma rduppjaw meta minn azzjoni ta’ corner il-ballun waqa’ f’saqajn Bernardo Silva li mill-viċin venven xutt li faqa’ x-xibka!

Fit-32 minuta, Phil Foden kabbar l-iskor wara żball ta’ Sebastian Coates filwaqt li fl-44 minuta Silva kkonkluda mill-cross ta’ Sterling. 

U fit-58 minuta, is-City komplew bil-goleada tagħ­hom hekk kif Sterling għa­milhom ħamsa.

Paris SG v Real Madrid 1-0 – F’partita tensa, Paris St-Germain għelbu lil Real Madrid bl-iskor ta’ 1-0 biex kollox għadu miftuħ beraħ bejn dawn iż-żewġ ġganti. 

Peró fit-62 minuta, il-Pariġini fallew ċans tad-deheb meta Lionel Messi ra l-penalty tiegħu jiġi salvat minn Thibaut Courtois. 

Iżda huma rnexxielhom jiskorjaw fir-raba’ minuta tal-ħin miżjud bil-protago­nista jkun Kylian Mbappe b’goal mill-isbaħ wara az­zjoni personali. 

Sport