Tuesday, May 14, 2024

Grupp tad-drittijiet umani jakkuża lill-militar tal-Myanmar b’delitti tal-gwerra

Aqra wkoll

Rapport maħruġ mill-grupp Fortify Rights jgħid li l-militar tal-Myanmar kien responsabbli għall-qtil ta’ ċittadini u anke użahom bħala tarka umana. Skont ir-rapport, dawn l-attroċitajiet seħħew fil-Lvant tal-istat ta’ Karenni. Fortify Rights, li huwa grupp li jitkellem favur id-drittijiet umani, qal li l-azzjoni­jiet tal-militar huma delitti tal-gwerra. 

Dan il-grupp qal li ddokumenta attakki fuq knej­jes, djar residenzjali u xelters għal persuni bla saqaf fuq rashom. Ir-rapport jgħid li dawn l-azzjonijiet seħħew bejn Mejju tal-2021 u Jannar tal-2022, u fihom tilfu ħajjithom madwar 61 persuna. 

Allegatament din il-vjolenza seħħet mill-ġunta militari li ħadet il-kontroll tal-pajjiż b’kolp ta’ stat

Sport