Saturday, December 21, 2024

Il-WHO f’kuntatt mar-Renju Unit dwar il-varjant ġdid tal-coronavirus; L-Olanda twaqqaf it-titjiriet mill-Ingilterra

Aqra wkoll

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) qalet li tinsab f’kuntatt ma’ uffiċjali Brittaniċi dwar is-sejbien ta’ varjant ġdid ta’ coronavirus.

Il-varjant il-ġdid qed jinfirex ferm aktar malajr mill-verżjoni oriġinali, iżda l-fehma tal-esperti hija dan mhuwiex aktar aggressiv.

Żoni kbar fix-Xlokk tal-Ingilterra, inkluż Londra, issa jinsabu taħt livell aktar strett ta’ restrizzjonijiet bil-għan li l-imxija tal-virus tiġi kkontrollata.

M’hemm l-ebda evidenza li tissuġġerixxi li l-varjant ġdid se jkun qed jirreaġixxi b’mod differenti għal vaċċini.

Aktar kmieni llum l-Olanda introduċiet projbizzjoni ta’ titjiriet ta’ passiġġieri mir-Renju Unit kaġun tal-varjant il-ġdid tal-virus. Il-projbizzjoni se tibqa’ fis-seħħ sal-1 ta’ Jannar.

Id-deċiżjoni ttieħdet wara li aktar kmieni dan ix-xahar instab l-istess varjant tal-virus f’każ fl-Olanda.

Il-Gvern Olandiż qal li se jkun qed jaħdem flimkien ma’ stati membri oħrajn tal-Unjoni Ewropea biex jesplora xenarji biex tiġi kkontrollata l-imxija tal-virus il-ġdid mir-Renju Unit.

Ekonomija

Sport