Saturday, May 18, 2024

Iżrael iniedi l-programm ta’ tilqim kontra l-Covid-19

Aqra wkoll

Iżrael illum nieda il-programm ta’ vaċċinazzjoni bil-frontliners fl-isptarijiet ewlenin fil-pajjiż ikunu l-ewwel li se jieħdu t-tilqima.

Il-Prim ministru Benjamin Netanyahu, ta’ 72 sena, kien l-ewwel Iżraelit li rċieva l-vaċċin Pfizer ilbieraħ filgħaxija. Warajh kien imiss lill-Ministru għas-Saħħa Yuli Edelstein, ta’ 62 sena.

“Vaċċinazzjoni żgħira għall-bniedem, pass ġgantesk għas-saħħa tal-bniedem,” qal Netanyahu hekk kif irċieva t-tilqima mit-tabib personali tiegħu, Dr Tzvi Berkowitz.

Stqarrija mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru kinet tgħid li t-tilqim kien imxandar b’mod dirett biex jinkoraġpġixxi lill-pubbliku Iżraelit jieħu l-vaċċin.

Dawk l-Iżraeliti li għandhom ’il fuq minn 60 sena se jkunu jistgħu jieħdu t-tilqima mil-lum, filwaqt li residenti f’faċilitajiet ta’ kura u tal-anzjani se jkunu qed jiġu mlaqqma matul il-ġimgħa.

Gruppi oħrajn meqjusin f’riskju tal-Covid-19 mistennijin li jiġu mlaqqma sussegwentement.

Sport