Friday, November 22, 2024

Il-WHO: Sa tmien ġimgħat oħra iktar minn nofs l-Ewropa se tkun infettata bl-Omicron

Aqra wkoll

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa wissiet li sa tmien ġimgħat oħra, iktar minn nofs l-Ewropa se tkun infettata bil-varjant tal-Covid-19 magħruf bħala Omicron. Dr Hans Kluge ddeskriva r-rata ta’ infezzjonijiet li qiegħed jikkawża l-Omicron bħala “mewġa” li qiegħda timxi mill-Punent għal-Lvant tal-Ew­ropa. 

Il-WHO bbażat din l-istatistika fuq il-fatt li fl-ewwel ġimgħa ta’ din is-sena l-ġdida, fl-Ewropa kienu rrappurtati seba’ miljun każ ġdid ta’ Omicron. Dr Kluge qal li jekk din ir-rata ta’ infezzjonijiet tkompli tippersisti, bejn sitt u tmien ġimgħat oħra iktar nofs l-Ewropa se tkun infettata fil-virus. Dr Kluge qal li dan kollu qiegħed iseħħ fl-istess waqt li għad hemm pajjiżi Ewropej li għadhom qegħdin jikkumbattu l-mewġa tal-varjant Delta. 

Studji riċenti qed jissuġġerixxu li dan il-varjant huwa inqas b’saħħtu mill-varjanti li kien hemm qabel, iżda kien hemm każi fejn dan infetta persuni li kienu diġà mlaqqmin. 

Minkejja li dan huwa inqas b’saħħtu u inqas nies jistgħu jispiċċaw l-isptar, il-fatt li dan jinfetta b’rata iktar mgħaġġla xorta waħda jista’ jpoġġi pressjoni serja fuq is-sistemi tas-saħħa.

Sport