Saturday, November 16, 2024

Il-WHO tfaħħar il-miżuri li qed jittieħdu f’pajjiżna dwar Covid-19

Aqra wkoll

Hans Kluge, id-Direttur Reġjonali għall-Ewropa tal-Għaqda Dinjija għas-Saħħa, faħħar il-miżuri meħuda minn Malta fil-ġlieda kontra l-Covid-19.

Fi tweet ippubblikata lbieraħ filgħaxija, Hans Kluge faħħar lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Malti Chris Fearne.

Kluge kiteb li, hekk kif fl-Ewropa kollha qegħdin jiżdiedu l-każijiet tal-Covid-19, hemm bżonn ta’ azzjonijiet deċiżivi, fil-ħin u proporzjonati, qal li għaldaqstant jagħti l-appoġġ sħiħ tiegħu lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne għaż-żieda fil-miżuri preventivi li ħadet Malta fl-aħħar jiem.

Din mhux l-ewwel darba li l-WHO faħħret lil Malta għal mod kif qed taffaċja l-pandemija tal-COVID-19, hekk kif aktar kmieni din is-sena Malta kienet miżmuma bħala eżempju ta’ prattika tajba.

Ekonomija

Sport