Monday, May 13, 2024

ARA: Il-filmat tant mistenni minn kulħadd… Vaċċini kontra l-Covid-19 jiġu manifatturati bil-lest biex jitqassmu

Aqra wkoll

Il-ġurnal “The Mail on Sunday” żvelat li l-kumpanija tal-farmaċewtika Pfizer diġà mmanifatturat mijiet ta’ eluf ta’ dożi fl-impjanti ta’ produzzjoni tagħha f’Puurs, il-Beġju. Fuq is-sit tiegħu, il-ġurnal ppubblika wkoll filmat li juri eluf tal-vaċċini jiġu prodotti bil-lest biex jitqassmu madwar id-dinja ladarba it-testijiet kliniċi jkunu meqjusin bħala suċċess u r-regolaturi tal-mediċina jqisu l-vaċċin bħala sigur u effettiv.

Il-kumpanija Amerikana qed timmira li tipproduċi mal-100 miljun doża sal-aħħar ta’ din is-sena, b’40 miljun minnhom destinati għar-Renju Unit. Madankollu sal-aħħar tal-2021 il-mira hija li jiġu prodotti mal-1.3 biljun vaċċin.

Kull pazjent irid jirċievi żewġ dożi tal-vaċċin biex din tkun effettiva.

F’kumment lil “The Mail on Sunday” il-kap ta’ Pfizer fir-Renju Unit, Ben Osborn, qal li “kien mument inkredibbli nara l-ewwel vaċċin jiġi manifatturat. Il-mument ġabli tbissima kbira fuq wiċċi li nara dan ix-xogħol kollu fl-aħħar jirriżulta fi prodott.”

Pfizer mistennija li tkun l-ewwel kumpanija li tniedi l-vaċċin kontra l-Covid-19.

Sport