Saturday, December 28, 2024

Il-WHO tgħid li l-epidemija tal-Ebola fil-Lvant tal-Congo ngħelbet

Aqra wkoll

L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa ħabbret li l-epidemija tal-ebola fil-Lvant tal-Congo, li qatlet 2,280 persuna fuq medda ta’ sentejn ġiet fi tmiemha.

Il-WHO kellha inizjalment tħabbar dan f’April, madankollu każ ta’ infezzjoni kien feġġ tlett ijiem biss qabel kellha ssir l-istqarrija. Dan wassal biex jinbeda mill-ġdid perjodu ta’ 42 ġurnata qabel ma setgħu jagħmlu l-istqarrija.

L-istqarrija tal-lum mill-WHO madankollu hija rebħa kontra waħda mill-ħafna problemi ta’ saħħa li għadhom jifnu lill-pajjiż: fosthom l-akbar epidemija dinjija ta’ ħożba, it-theddida tal-Covid-19, u epidemija ġdida ta’ ebola fit-Tramuntana tal-pajjiż.

Ekonomija

Sport