Saturday, December 21, 2024

Il-WHO tgħid li l-varjant Omicron qed jinfirex b’rata mgħaġġla

Aqra wkoll

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) wissiet li l-varjant il-ġdid tal-Omicron qed jinfirex madwar id-dinja b’rata bla preċedent.

Sa issa diġà kien hemm 77 pajjiż li kkonfermaw każi ta’ dan il-varjant, iżda l-Kap tal-WHO Tedros Adhanom Ghebreyesus qal li probabbilment hemm pajjiżi oħra li għandhom dan il-varjant u li għadu ma ġiex intraċċat.

Dr Tedros qal li jinsab mħasseb li mhux qed isir biżżejjed biex tiġi missielta l-firxa ta’ dan il-varjant. Qal li anke jekk l-Omicron jikkawża mard inqas gravi, in-numru kbir ta’ każijiet jista’ jerġa’ jegħleb dawk is-sistemi tas-saħħa li ma jinsabux ippreparati.

Il-varjant Omicron ġie identifikat għall-ewwel darba fl-Afrika t’Isfel f’Novembru li għadda, u minn dakinhar il-pajjiż ra żieda qawwija fl-infezzjonijiet. Fl-aħħar jiem ingħatat l-aħbar li l-President tal-Afrika t’Isfel Cyril Ramaphosa irriżulta pożittiv għall-Covid-19 u bħalissa jinsab f’iżolament.

Ix-xahar li għadda l-WHO kienet iddikjarat li dan il-varjant huwa wieħed ta’ tħassib.

Mindu ġie identifikat dan il-varjant, għadd ta’ pajjiżi madwar id-dinja ddeċiedew li jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-ivvjaġġar lejn u mill-Afrika t’Isfel.

Ekonomija

Sport