Il-Yachting Malta Coastal Race, organizzata mir-Royal Malta Yacht Club, offriet varjetà eċċitanti ta’ kundizzjonijiet għal flotta internazzjonali – preludju xieraq qabel is-46 edizzjoni tar- Rolex Middle Sea Race, li tibda mill-Port il-Kbir nhar is-Sibt, 18 ta’ Ottubru.
Il-flotta bdiet mill-Port ta’ Marsamxett fuq rotta ta’ 26 mil nawtiku tul il-kosta tal-punent ta’ Malta u madwar il-Gżira ta’ Kemmuna qabel reġgħu lura u temmew f’Marsamxett. Riħ kostanti mit-Tramuntana żdied matul il-ġurnata, u dawk li spiċċaw aktar tard iltaqgħu ma’ baħar imqalleb u bix-xita, temp li f’Ottubru din iż-żona tat-tlielaq dejjem toffri sorpriżi.
IRC 1
Il-jott Black Jack immexxija minn Tristan Le Brun, rebħet il-Line Honours, f’ħin ta’ sagħtejn, 13 minuta u 27 sekonda. Tlettax-il minuta wara daħal il-jott Balthazar tal-Belġjan Louis Balcaen.
Ir-rebħa assoluta tal-Yachting Malta Coastal Race marret għand l-Awstraljan JV62 Whisper, immexxija minn David Griffith, Matthew Donald, u Chris Townsend.
‘Il-Yachting Malta Coastal Race kienet korsa sabiħa għal dawk minna li qatt ma żaru dawn il-gżejjer,’ qal is-sid David Griffith. ‘Li titlaq minn port storiku bħal dan u ttellaq tul il-kosta sa Kemmuna kienet esperjenza spettakolari. Il-kundizzjonijiet tallum mhux imdorrijin bihom fl-Awstralja! Kien tajjeb ħafna li ntellqu kontra flotta kompetittiva, u kuntenti ħafna bir-riżultat.’
IRC 2
Il-jott Torka Arkas Blue Moon rebħet il-klassi b’inqas minn tliet minuti vantaġġ fuq il-jott Awstraljana Zen ta’ Gordon Ketelbey, filwaqt li Tulikettu tal-Finlandiz Arto Linnervuo temmet fit-tielet post.
‘Kienet verament tellieqa viċin għax kellna kompetizzjoni internazzjonali b’saħħita’ qal it-trimmer Fikret Oral. ‘Irnexxilna nirbħu għall-ewwel darba fil-klassi tagħna. It-tim tagħna huwa kważi kollu Tork, bil-kowċ Brittaniku Martin Watts. Aħna taħlita ta’ żgħażagħ b’esperjenzat u se nkomplu niġu sakemm tim Tork jirbaħ il-Rolex Middle Sea Race.’
IRC 3 & IRC 4
Aktar suċċess għat-Torok f’IRC 3, fejn Beymetal Team LR-TOK Sailing rebħu b’erba’ minuti vantaġġ fuq il-jott Lunz Am Meer ta’ Marietta Strasoldo. Black Pearl tan-Norveġiż Tobias Juul Johnsen temmet fit-tielet post.
F’IRC 4, il-jott Malti Jubatus ta’ Sean Borg, rebaħ b’sitt minuti fuq il-korrezzjoni tal-ħin u temm fit-tieni post overall. Nola tal-Estonjan Taavet Uudam spiċċat t-tieni, filwaqt li Dufour 44 Ton Ton Laferla Insurance ta’ Jonathan Gambin temmet fit-tielet post, b’distakk ta’ żewġ minuti biss..
‘Kienet tellieqa spettakolari – riħ ta’ 12-il mil nawtiku fis-siegħa fit-tluq, imbagħad il-kaos mal-ewwel marka, spinnakers miftuħin madwar Comino, u l-maxis għaddejjin fil-velocità minn ħdejna…’ qal Borg. ‘Fil-vjaġġ lura, kollox ħadem perfettament. Riżultat eċċellenti għal Cape 31.’
IRC 5 & IRC 6
Il-Jott Malti Elusive 2 tal-familja Podestà kellha l-aqwa riżultat f’IRC 5 b’tliet minuti vantaġġ fuq l-jott Sloven Karpo, immexxija minn Maks u Matic Vrečko. Fit-tielet post spiċċa l-jott Irlandiz Darkwood ta’ Michael O’Donnell.
F’IRC 6, Il-jott Malti Vivace ta’ Andrew Agius Delicata u Matthew Gabriele kisbu l-ewwel post tal-podju li kien magħmul kompletament minn jottijiet Maltin. Il-jott JYS Jan, tal-Jarhead Young Sailors Foundation misjuq minn Claudio Bugeja u l-jott Mistral Racing MT ta’ Matthew Scicluna & Zach Cassar Torreggiani.
‘Kienet tlielaq spettakolari b’kull tip ta’ temp – mir-riħ li beda ħafif sakemm daħlet il-maltempata,’ qal Agius Delicata. ‘Ix-xogħol tat-tim tagħna kien eċċellenti; bdejna b’tluq b’saħħtu u spiċċajna f’sitwazzjoni surreali. B’dgħajjes elite minn madwar id-dinja, kienet kompetizzjoni li tibqa memorabbli ħafna.’
Il-premjazzjoni tal-Yachting Malta Coastal Race se ssir dal-lejla, L-Erbgħa, 15 ta’ Ottubru, waqt ir-Rollex Middle Sea Race Owners’ Reception f’San Ġiljan.