Aktar inkwiet għal Juventus hekk kif għandhom żewġ impenji diffiċli fil-jiem li ġejjin kontra Paris St Germain fl-aħħar logħba mill-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League u fi tmiem il-ġimgħa li ġej kontra Inter mis-serie A Taljana.
Fil-fatt kemm Westin McKennie u Iling Junior weġġgħu fil-logħba kontra Lecce li i Bianconeri rebħu bl-iskor ta’ 1-0. McKennie għandu barra 15-il ġurnata filwaqt li l-plejer Ingliż fadallu 20 ġurnata ta’ rijabilitazzjoni.
B’hekk għal dawn iż-żewġ plejers is-sena 2022 ma’ Juventus diġa’ spiċċat hekk kif wara l-aħħar logħob qabel it-tazza tad-dinja, il-kampjonat Taljan ikompli f’Jannar li ġej.