Monday, May 13, 2024

Illejla d-diskors tal-Prim Ministru fil-Parlament dwar il-Budget 2024

Aqra wkoll

Fil-Parlament illejla l-Prim Ministru Robert Abela se jkun qed jagħmel id-diskors tiegħu dwar il-Budget 2024 bit-tema Malta Ġusta. Ir-replika tal-Prim Ministru, l-għada li jkun sar id-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni, tkun dejjem waħda mistennija, mhux biss għax il-Prim Ministru jkun mistenni jwieġeb għall-argumenti tal-Kap tal-Oppożizzjoni, iżda wkoll għax ikun mistenni jispjega f’iktar dettall il-prinċipji wara dak ippreżentat mill-Gvern. 

Il-Prim Ministru diġà ddeskriva l-Budget għas-sena d-dieħla bħala wieħed li tfassal man-nies għan-nies, u fisser kif dan hu rifless fid-diversi miżuri li jgħinu lill-familji u lill-pensjonanti. Tkellem ukoll kif il-Budget joffri l-viżjoni għall-għaxar snin li ġejjin. Fil-fatt, joħroġ biċ-ċar kif diversi miżuri b’mod partikolari fl-oqsma tal-ekonomija u tal-enerġija jibnu fuq dak li l-Prim Ministru ħabbar fil-Konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista meta nieda l-viżjoni dwar fejn irid imur pajjiżna fl-għaxar snin li ġejjin.

Il-Prim Ministru saħaq ukoll fuq l-implimentazzjoni tal-miżuri tal-Budget. Fil-fatt f’laqgħa tal-Kabinett l-għada li tressaq il-Budget, il-Prim Ministru Robert Abela saħaq li jrid jara l-istess enerġija li kellu l-Gvern fit-tfassil tal-Budget. Dan waqt li nnota li t-tieni Budget minn ħamsa qed ikompli jara t-twettiq tal-manifest ‘Malta Flimkien’.

Sport