Illejla jintemm il-ħin tas-sajf u mmexxu l-arloġġ siegħa lura.
Fit-3:00 a.m, l-arloġġ jiġi jimmarka s-sagħtejn u għalhekk il-lejl li ġej għal ħafna se jfisser siegħa aktar ta’ rqad.
Għal oħrajn li jinzertaw għax-xogħol hija storja oħra, hekk kif xi ħaddiema se jkollhom jagħmlu sforz addizzjonali biex l-arloġġ idur sakemm jispiċċaw il-ħidma.
Il-ħin tax-xitwa jibqa’ għaddej sal-aħħar ta’ Marzu.