Tuesday, May 14, 2024

Valletta jikkonvinċu u jirritornaw għar-rebħ

Aqra wkoll

Balzan……………1

Valletta…………..3

Valletta kkonvinċew bis-sħiħ u għelbu l-isfida ta’ Balzan bl-iskor ta’ 3-1 biex kisbu l-ewwel rebħa wara erba’ telfiet u draw.

Kienu l-Beltin li ħolqu l-ewwel periklu wara biss sitt minuti meta freekick insidjuż ta’ Brandon Paiber ġie salvat minn mal-art bi bravura mill-goalkepeer ta’ Balzan, Jonathan Debono.

Huma komplew jiddettaw il-logħob u fit 12-il minuta fetħu l-iskor meta wara li rċieva minn cross perfett ta’ Oke Akpoveta, KILIAN BEVIS, kien fil-post it-tajjeb fil-mument opportun u permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin tefa’ ġewwa.

Balzan wieġbu fl-20 minuta meta Alex Satariano minn taħt il-lasta tefa’ inkreddibilment għoli.

Il-partita kompliet tisbieħ u ħames minuti wara, Oke Akpoveta, kellu tentattiv minn daqqa ta‘ ras minn taħt il-lasta li għadda ftit għoli, b’Balzan jeħilsuha ħafif.

Balzan wettqu reazzjoni tajba u ġabu l-iskor indaqs fil-35 minuta meta Bojan Kaljevic avvanza tajjeb u xeħet cross lejn UROS LJUBOMIRAC li minn pożizzjoni ideali tefa’ l-ballun fix-xibka.

Fit-62 minuta, Balzan tilfu okkażjoni tad-deheb li jmorru fil-vantaġġ meta Bojan Kaljevic kellu xutt insidjuż salvat bi bravura minn Guarnone, biex mir-rebound Uros Ljuboimrac tefa’ inkredibbilment barra.

Minn dan approfittaw bis-sħiħ il-Beltin, fejn tliet minuti biss wara, kienu huma li marru fil-vantaġġ, meta wara li rċieva minn azzjoni ta’ corner mogħti minn Brandon Paiber, kien OKE AKPOVETA, li b’xamma kbira għall-goal u b’daqqa ta’ ras preċiza tefa’ l-ballun wara Jonathan Debono.

Huma ssiġillaw ir-rebħa permezz tat-tielet goal fid-90 minuta permezz ta’ freekick dirett mill-isbaħ ta’ SHAUN DIMECH, li ma ta l-ebda ċans lil Jonathan Debono.

Balzan: 23-Jonathan Debono, 5-Samir Arab (11-Benjamin Hili 80), 6-Marcus Grima (33-Matheus Sousa 72), 8-Paul Fenech, 10-Angel Torres, 18-Uros Ljubomirac (9-Luca Mallia 80), 19-Milos Zlatkovic, 21-Alex Satariano (44-Adam Bradshaw 60), 24-Nikola Braunovic, 27-Momcilo Raso, 86-Bojan Kaljevic Coach: Oliver Spiteri

Valletta: 26-Alessandro Guarnone, 4-Jean Borg, 5-Ryan Camilleri, 11-Oke Akpoveta (88-Flavio Silva Cheveresan 82), 14-Christian Gauci (10-Shaun Dimech 52), 18-Enmy Manuel Pena Beltre, 21-Bradley Steeed Kamdem Fewo, 22-Brandon Paiber (8-Triston Caruana 67), 66-Eslit Sala, 80-Joseph Willy, 93-Kilian Bevis Coach: Thane Micallef

Referee: Andrea Sciriha

Ass. Referees: Alan Camilleri, Mitchell Scerri

Raba’ Uffiċjal: Fyodor Zammit

Skorers: K. Bevis 12, O. Akpoveta 65, S. Dimech 90 (V), U. Ljubomirac 35 (B)

Ammoniti: M. Zlatkovic, A. Torres, N. Braunovic, M. Raso (B), E. Sala, B. S. Kamdem Fewo, B. Paiber (V)

Player tal-Logħba: Oke Akpoveta (V)

Sport