Tuesday, September 24, 2024

Illejla jsir il-Valletta Pageant of the Seas

Aqra wkoll

Illejla fi Quarry Wharf għall-ħabta tad-9.00pm jibda l-avveniment tant mistenni l-Valletta Pageant of the Seas.

Matul il-lejla tal-bieraħ kien hemm l-aħħar provi u preparamenti li minnhom stess wieħed jista’ jinduna l-professjonalità li l-organizzaturi qegħdin juru.

Il-wirja tal-Fontana tal-ilma se tkun waħda mill-qofol tal-attrazzjonijiet. Din il-fontana nħolqot mill-kumpanija Franċiża Aquatique Show. Kienet ġiet moħluqa għal ftuħ uffiċjali tat-Tazza tad-Dinja tal-Qatar fl-2022 kif ukoll se tkun qiegħda tintuża għal ftuħ uffiċjali tal-Olimpjadi li se jsiru f’Pariġi aktar tard din is-sena.

Il-mużika li magħha se tkun sinkronazzata l-fontana ġiet miktuba minn Cyprian Cassar.

Sport