Tuesday, July 15, 2025

Illiberat wara li ammetta li għamel dikjarazzjoni falza fejn qal li għandu bomba 

Aqra wkoll

Taljan ta’ 59 sena ġie lliberat bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fil-gżejjer Maltin  fuq perjodu ta’ sentejn. Dan wara li tessaq il-Qorti mixli li kellu bomba fil-bagalja tiegħu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Roxanne Tabone spjegat li l-każ seħħ fl-Ajurport Internazzjonali ta’ Malta, hekk kif l-imputat, Tommaso Palmieri kien se jaqbad titjira lejn Ruma. 

Jirriżulta li  Palmieri għamel din id-dikjarazzjoni falza m’uffiċjal tal-ajruport wara li qam argument xħin intalab iħallas xi flus minħabba li ġab bagalja miegħu, liema bagalja ma kinitx inkluża mal-biljett tal-ajru  

Fil_Qorti, ingħad li hu ġie arrestat. Palmieri ġie mixli wkoll li bl-aħbarijiet foloz li xerred seta’ jallarma lill-pubbliku jew joħloq paniku.

Għall-akkużat dehret l-Avukat Giannella De Marco.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport