Thursday, December 26, 2024

Illiberat wara li ġie akkużat li wettaq atti ta’ natura sesswali fuq bintha ta’ 12-il sena

Aqra wkoll

Vince Sammut ta’ 49 sena ġie lliberat wara li l-eks sieħba tiegħu kienet għamlet rapport li wettaq atti ta’ natura sesswali fuq bintha ta’ 12-il sena. Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit fis-sentenza tagħha qalet li l-omm użat lil bintha biex tagħmel vendikazzjoni lill-eks sieħeb tagħha u tipprova tkissirlu ħajtu.

Kien 4 snin ilu meta l-omm għamlet rapport fejn allegat li l-eks sieħeb tagħha kien ipprova jbus lil bintha fuq xuftejha u anke kien joqgħod imissilha saqajha meta jkunu fil-karozza.

Min-naħa tiegħu r-raġel qal li ġieli bies lit-tifla fuq wiċċha u anke taptpilha fuq l-irkoppa. Qal li l-omm ħarġet b’dawn l-allegazzjonijiet wara li temm ir-relazzjoni.

L-omm fix-xhieda tagħha qalet li kienet tgħir għax kien jirrispetta aktar lil bintha u kienet toqgħod b’seba’ għajnejn li ma tkunx waħedha miegħu.

Min-naħa tagħha t-tifla qalet l-istess verżjoni t’ommha u qalet li r-raġel kien jaqbad u jidħol fil-kamra tagħha. Kienet qalet ukoll li dak li seħħ kien fil-preżenza ta’ ommha, iżda din kienet għażlet li ma tagħmilx rapport minħabba li r-raġel kien jinfexx jgħajjat u jinsulta lill-omm.

Il-Qorti qalet li x-xhieda tal-omm u tal-bint kienu wisq identiċi u staqsiet liema omm tkun qed tara lil bintha tiġi abbużata u tkompli bir-relazzjoni.

Għal dawn ir-raġuenijiet, il-qorti lliberat lil Vince Sammut minn kull akkuża.

Ekonomija

Sport