Friday, December 13, 2024

L-Ispanjoli avżati biex ħadd ma joħroġ mid-dar hekk kif se jintlaqtu minn aktar maltemp

Aqra wkoll

L-awtoritajiet Spanjoli ħeġġeġ lill-pubbliku biex kulħadd jibqa’ f’daru hekk kif sigħat li ġejjin mistennija aktar xita u għargħar f’diversi nħawi fosthom mal-kosta ta’ Huelva.

Skont it-tbassir tat-temp fi 12-il siegħa mistennija li tinżel 140 mm ta’ xita. “Hemm imbassar li fil-ħin li ġej se tinżel aktar xita u dan se jkompli jżid ir-riskju għall-pubbliku għalhekk kulħadd hu mħeġġeġ biex jibqa’ f’daru,” intqal f’avviż li ħareġ mill-awtoritajiet.

Intant is-Sindku ta’ Chiva, Amparo Fort qal li jekk mhux se ssir ħidma b’mod immedjat ħafna mid-djar taż-żona se “jisparixxu” hekk kif is-sitwazzjoni hija waħda allarmanti ħafna.

Intant, il-President ta’ Valencia ħabbar li se jkun qiegħed jgħaddi 250 miljun ewro f’għajnuna lil dawk kollha li ġew affetwati, iżda min-naħa tiegħu s-Sindku Fort qal li minkejja li din hija aħbar tajba l-għajnuna trid tasal b’mod immedjat. “Għadna bżonn ħafna ikel u ilma. Hemm bżonn ħalib, ikel mgħaffeġ għat-trabi u anke ikel għal anzjani,” temm jgħid is-Sindku Fort.

Ekonomija

Sport