Saturday, May 4, 2024

Illiberata wara li ammettiet li tat fastidju lil żewġha

Aqra wkoll

Mara ta’ 50 sena ġiet illiberata wara li ammettiet li tat fastidju lil żewġha

Il-każ imur lura fl-2021 fejn il-mara kienet ġiet mixlija li ffastidjat lil żewġha u aggreditu diversi drabi, kif ukoll darbitu ħafif f’okkażjoniet oħra.

Quddiem il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Nadine Lia, il-mara nstabet ħatja.

Madankollu meta l-Qorti qieset ukoll l-fedina penali netta tagħha, l-fatt li ammettiet kmieni u t-talba tal-prosekuzzjoni għal piena alternattiva, l-mara ħarġet illiberata fuq kundizzjoni li ma twettaqx reat ieħor fi żmien tlett snin.

Il-Qorti ħarġet ukoll ordni ta’ trattament għal sena sabiex tindirizza d-diffikultajiet li għaddejja minnhom sforz id-diversi abbużi li affaċċjat.

Sport