Tuesday, May 14, 2024

Mhux ħati li kisirlu l-għadma ta’ mnieħru waqt ġlieda

Aqra wkoll

Ġuvni ta’ 25 sena, mis-Serbja li joqgħod l-Iklin nstab ħati li f’Jannar tas-sena l-oħra kiser il-bon ordni waqt ġlieda li seħħet f’residenza f’San Ġiljan. Kif ukoll li kien fil-pussess ta’ żewġ pilloli ecstasy.

Il-ġlieda seħħet fil-lejl ta’ bejn id-9 u l-10 ta’ Jannar tal-2021 f’dar fi Triq il-Kulleġġ l-Antik.

Fost l-akkużi, s-Serb ġie mixli wkoll li weġġa’ lil raġel ieħor b’mod gravi billi qasamlu taħt għajnu x-xellugija, għamillu nefħa u tbenġil madwar għajnu u li kisirlu l-għadma ta’ mnieħru. Madankollu, huwa ma nstabx ħati ta’ din l-akkuża minħabba nuqqas ta’ provi. 

Fix-xhieda tiegħu, l-imputat tenn kif il-vittma qabdu minn għonqu u minn rasu għax riedu jitlaq mir-residenza.

L-akkużat ġie ordnat ukoll li jħallas €297 fi spejjeż tal-Qorti u ġie mmultat €500. Il-Qorti ordnat ukoll li tiġi kkonfiskata d-droga misjuba.

Sport