Matul l-aħħar xahar, proprju matul l-aħħar 33 ġurnata, il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Robert Arrigo kien rikoverat l-Isptar Mater Dei. 11-il jum minn dawn it-33 jum għamilhom fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. Minkejja kollox, illum Robert Arrigo rritorna d-dar.
F’messaġġ qasir fuq il-midja soċjali, Arrigo rringrazzja lill-istaff kollu ta’ Mater Dei għall-professjonalità tagħhom għaliex “huma ‘l vera state of the art fl-isptar Mater Dei.”
Fil-messaġġ, Arrigo rringrazzja lill-pubbliku li talab għalih u li kien miegħu f’din l-esperjenza kerha. Huwa kkonferma li fiż-żmien li ġej ser jerġa’ jkun fost ir-residenti tad-disa’ u l-ħames distrett.