Saturday, May 11, 2024

Ippreżentat ir-riżultat tal-istudju dwar il-proposta għal Metro f’pajjiżna

Aqra wkoll

Proġett li jista’ jiswa aktar minn €6 biljuni

Matul konferenza tal-aħbarijiet li matulha kienet ippreżentata għad-diskussjoni proposta dwar metro f’pajjiżna, il-Prim Ministru Robert Abela qal li llum qed nistaqsu l-mistoqsija jekk aħniex se nibqgħu nivvajaġġaw bil-metodi kif nafuhom llum. “Fuq kollox, qed nistaqsu x’pajjiż irridu nħallu lil uliedna?”.

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li fejn qabel konna nistaqsu jekk tistax issir ilum din il-mistoqsija permezz ta’ dan l-istudju nistgħu nibdew id=diskussjoni b’mod informattiv.

Rigward għalfejn Għawdex tħalla barra mill-pjan tal-Metro, Robert Abela qal li l-istudju jindka li dan ma jistax iseħħ hekk kif Għawdex ikollha iżżid il-popolazzjoni tagħha b’50,000. Il-Prim Ministru qal li dan il-proġett, jekk isir, ikun ifinalizzat fuq erba’ leġiżlaturi.

Fl-intervent tiegħu, il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg qal li l-poplu Malti ilu snin juri s-sentimenti tiegħu biex ikollna mezz ta’ trasport tal-massa. Borg afferma li l-istudju jinkludi studju oħrajn li saru u li jinkludu l-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali.

Il-Ministru Borg qal li dan l-istudju mhuwiex wieħed li ma jistax jinbidel u se jkun għalhekk li l-istudju se jitpoġġa għad-diskussjoni għall-poplu Malti u Għawdxi kollu.

Il-proposta qed tkun ippreżentata wara studju dettaljat mill-kumpanija ARUP li hija ħadmet fuq il-proġett tal-King Cross f’Londra u proġetti oħrajn fid-Danimarka u Singapore.

Skont l-istudju li ilu għaddej għal numru ta’ snin, il-metro jkun jikkonsisti fi tliet linji prinċipali li jkunu magħquda b’mezzi ta’ trasport oħrajn. L-istazzjonijiet huma proposti li jkunu stazzjonati f’Tas-Sliema, il-Belt Valletta, Mater Dei, Birkirkara u Bormla b’numru ta’ lokalitajiet oħra wkoll ikollhom forma ta’ stazzjon. Dawn il-lokalitajiet intagħżlu għaliex għandhom il-faċilitajiet li jgħaqdu ma’ lokalitajiet oħrajn. Il-proġett huwa stmat li jiswa’ aktar minn €6 biljuni. Kull sena l-Metro għandha bżonn €300 miljun biex tkun iffinanzjata.

Sport