Thursday, October 2, 2025

Illum Hamrun Spartans jagħmlu d-debutt fil-Fażi tal-Kampjonat tal-UECL

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Id-data tal-lum tibqa’ mniżżla b’ittri tad-deheb fil-istorja tal-club ta’ Hamrun Spartans hekk kif se jagħmlu d-debutt tagħhom fil-Fażi tal-Kampjonat tal- UEFA Conference League … l-ewwel team Malti li rnex­xielu jagħmel dan. 

Wara li rebħu lil Zalgiris tal-Litwanja fir-round preliminari tal-UEFA Cham­pions League 11-10 f’maraton tal-għoti tal-penalties, wara aggregate ta’ 2-2 (0-2, 2-0), l-Ispartans tilfu kontra Dinamo Kiev b’aggregate ta’ 6-0 (0-3, 0-3) biex ġew rele­gati għall-UEFA Europa League. 

F’din il-kompetizzjoni hu­ma ltaqgħu kontra Maccabi Tel Aviv ta’ Iżrael u sfaw megħluba b’aggregate ta’ 5-2 (1-2, 1-3).

B’din it-telfa huma ġew relegati għall-UEFA Conference League u dan l-is­tadju kien il-mument tal- veritá għall-Ispartans.

Dan minħabba li huma lagħbu l-play-off kontra Rigas FS … fejn fl-Istadium Nazzjonali ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 1-0 filwaqt li fit-tieni leg, li ntlagħab fil-Latvja, spiċċaw fi draw ta’ 2-2 għal aggregate ta’ 3-2 biex qatgħu l-passaġġ għall-Fażi tal-Kampjonat.

L-avversarji tal-lum hu­ma Jagiellonia Bialystok tal-Polonja, li bdew mit-tieni round ta’ kwalifikaz­zjoni ta’ din il-kompetiz­zjoni fejn eliminaw lil Novi Pazar tas-Serbja b’aggregate ta’ 5-2 (3-1, 2-1).

Fit-tielet round warrbu l-isfida tad-Daniżi ta’ Silkeborg b’ag­gregate ta’ 3-2 (1-0, 2-2), filwaqt li fil-play-off finalment eliminaw lil Dinamo City tal-Albanija b’aggregate ta’ 4-1 (3-0, 1-1). 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport