Friday, May 17, 2024

Illum huwa jum dinji tat-tfal kollha li twieldu qabel iż-żmien 

Aqra wkoll

Illum 17 ta’ Novembru huwa jum dinji ta’ dawk it-trabi li twieldu qabel iż-żmien. F’din il-ġurnata, tinġbed l-attenzjoni għall-kwistjonijiet li jiffaċċjaw trabi mwielda qabel iż-żmien.

F’dan il-jum huwa importanti li wieħed jagħti appoġġ lildawk kollha li jaħdmu fis-settur tas-saħħa, speċjalment dawk li jaħdmu ma’ trabi tat-twelid jew trabi prematuri.

Tqala fit-tul iddum bejn 37 u 42 ġimgħa, u għalhekk tarbija ngħidu li twieldet qabel iż-żmien, ikun ifisser li din twieldet qabel is-37 ġimgħa tat-tqala. 

Dawk it-trabi li jitwieldu qabel iż-żmien jiffaċċjaw ħafna kwistjonijiet speċjali, li jistgħu jinkludu diffikultajiet fin-nifs, diffikultajiet biex jieklu, u piż baxx.

It-trabi mwielda qabel iż-żmien ġeneralment ikollhom iqattgħu ħin itwal fl-Isptar. Dan jista’ jkun żmien diffiċli immens għal bosta   familji.

Sport