Saturday, May 4, 2024

Illum jinstemgħu l-aħħar disa’ kanzunetti mis-semifinali tal-Malta Eurovision Song Contest 2024

Aqra wkoll

Illejla fuq l-istazzjon nazzjonali tax-xandir, waqt il-programm Xow li jixxandar mid-9pm bi preżentazzjoni ta’ Ron Briffa se jitwassal l-aħħar grupp ta’ disa’ kanzunetti minn fost is-36 kanzunetta semifinalista għall-Malta Eurovision Song Contest 2024.

Il-kanzunetti se jiġu interpretati live fl-istudjo u r-riżultat se jkun determinat mill-ġurija u mill-pubbliku. Tnax mis-36 semifinalista se jkunu qed jgħaddu għall-finali.

Min jirbaħ se jingħata d-dritt li jirrappreżenta lil Malta fit-68 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest li se jsir f’Malmö fl-Isvezja fis-7, fid-9 u fil-11 ta’ Mejju tal-2024.

Fil-programm tal-lejla jieħdu sehem ukoll Claudia Faniello, Philip Vella, u Brass House Unit

Id-disa’ kanzunetti, artisti u n-numru tal-votazzjoni abbinati mal-programm tal-lejla huma kif ġej:

  • Sirena – Erba’ – Numru biex tivvota: 50615328
  • Venom – Miriana Conte – Numru biex tivvota: 50615329
  • Bellus – Christian Arding – Numru biex tivvota: 50615330
  • Breathe – Lisa Gauci – Numru biex tivvota: 50615331
  • Banana – Matt Blxck – Numru biex tivvota: 50615332
  • Miles Away – Martina Cutajar – Numru biex tivvota: 50615333
  • Topic – Greta Tude – Numru biex tivvota: 50615334
  • Karma – Ryan Hili – Numru biex tivvota: 50615335
  • Arrows – Kyle George  – Numru biex tivvota: 5061536

Sport