“Illum id-dinja kollha qed tiċċelebra nies li huma speċjali imma jien niċċelebrak kuljum. Li jkolli lilek bħala ibni huwa l-akbar rigal li qatt irċevejt. It-tbissima tiegħek, il-qalb tajba tiegħek u l-mod kif tara d-dinja jagħmlu kollox isbaħ”
Dan kien il-messaġġ li twassal fuq il-paġna ta’ Facebook: I am ADAM, fejn intqal; “Int tal-għaġeb, maħbub ħafna, u kapaċi ħafna li tagħmel kull ma tiffissa f’moħħok. Il-Jum Dinji tad-Down Syndrome it-tajjeb, eroj tiegħi”.
Il-ġenituri tennew billi qalu; “Inħobbuk sal-qamar u lura”

