Bosta persuni awguraw lill-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela hekk kif illum qiegħed jiċċelebra l-47 sena tiegħu.
Għadd ta’ persuni rringrazzjawh tal-impenn bla waqfien tiegħu għall-ġid ta’ pajjiżna filwaqt li awgurawlu aktar suċċessi fit-tmexxija ta’ pajjiżna. Huma rringrazzjawh ukoll għat-tmexxijia għaqlija u determinata
Filwaqt li bosta ddeskrivewh bħala bniedem umli u ta’ ispirazzjoni għal ħafna, sostnew li l-ġid li qed jagħmel għall-interess ta’ Malta huwa imprezzabbli.