Saturday, June 20, 2026

Illum jiftaħ uffiċjalment il-Parlament f’dik li se tkun l-15-il leġislatura

Aqra wkoll

Illum jiftaħ uffiċjalment il-Parlament f’dik li se tkun l-15-il leġislatura mindu pajjiżna ħa l-Indipendenza.

Qabel is-seduta inawgurali se ssir quddiesa u wara ssir iċ-ċerimonja tal-ġurament tal-ħatra tad-79 deputat li se jiffurmaw il-leġislatura għall-5 snin li ġejjin.

Il-Parlament se jkun iffurmat minn 79 membru parlamentari, 42 f’isem il-Partit Laburista u 37 f’isem il-Partit Nazzjonalista. 

Għal kariga ta’ Speaker, il-Prim Ministru Robert Abela ippropona lil Carmelo Abela. Issegwi l-elezzjoni u l-ħatra tad-Deputat Speaker. Għal din il-kariga, il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg innomina lid-deputat Nazzjonalista Bernard Grech.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport