Saturday, June 20, 2026

Tfajla mir-Repubblika Ċeka bi ġrieħi gravi wara li weġġgħet waqt li kienet qed tipprattika l-paragliding

Aqra wkoll


Ilbieraħ, għall-ħabta tas-6:30 p.m., il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fl-inħawi tal-Irdum tal-Iħfar fi Triq Panoramika, Ħad-Dingli.

Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u hemmhekk irriżulta li mara mir-Repubblika Ċeka ta’ 21 sena waqgħet u weġġgħet waqt li kienet qed tipprattika l-isport tal-paragliding.

Minnufih kienu msejħa membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku, u flimkien ikkoordinaw operazzjoni sabiex il-vittma tittella’ mill-irdum u tittieħed għal aktar kura fl-Isptar Mater Dei.

Aktat tard, hija ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport