Wednesday, May 14, 2025

Illum jintlagħbu s-semi-finali tal-FA Trophy

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Illum jintlagħbu ż-żewġ semi-finali tal-FA Trophy fejn iċ-champions Hamrun Spartans jimmiraw li jkomplu fi triqithom lejn id-double liema bravura tkun l-ewwel darba fl-istorja tal-club.

Huma jaffrontaw lil Hibernians li kellhom staġun mill-aktar diżappuntanti fil­waqt li Floriana jiffaċ­ċjaw lil Birkirkara  … għat-tieni darba fi spazju ta’ ġimagħtejn.

Hamrun S. v Hibernians – Friski mir-rebħ tal-kampjonat għall-11-il darba kif ukoll għat-tielet darba konsekuttiva, Hamrun Spartans jilagħbu kontra Hibernians.

Għall-Pawlisti, dan hu­wa ċans tajjeb biex jirbħu dan l-unur u jiksbu d-dritt li jilagħbu fil-kompetizzjoni Ewropea tal-UEFA Conference League.

Iżda jekk huma jonqsu milli jagħmlu dan, ikunu Sliema Wanderers li jirbħu d-dritt li jilagħbu f’din il- kompetizzjoni bil-pjazzament tar-raba’ post.

Bla dubju, l-Ispartans jib­dew favoriti fuq il-karta minħabba li f’dawn l-aħħar ġimgħat bħal donnhom sa­bu l-forma solita tagħhom li għamlithom champions filwaqt li l-moral tal-Paw­listi huwa kemmxejn baxx minħabba li fit-tieni fażi tal-Closing Round kellhom jikkuntentaw li jilagħbu fil-Bottom Six.

Biex waslu sa dan l-istadju, Hamrun eliminaw lit-team taċ-Challenge League, Swieqi United (5-0) fit-tieni round, lil Zabbar St Patrick  (2-1) fit-tielet round u lil Sliema Wanderers (2-0) fil- kwarti-finali.

Min-naħa ta’ Hibernians, dawn rebħu lit-team miċ- Challenge League, Zebbug Rangers (3-0) it-tieni round, lit-team mill-kampjonat Għawdxi Qala Saints (3-0) fit-tielet round u lil Naxxar Lions (2-0) fil-kwarti-finali.

Għall-Ispartans din se tkun it-22 darba li kkwalifikaw għas-semi-finali filwaqt li Hibernians din se tkun l-40 darba li waslu sal-aħħar erbgħa.

Floriana v Birkirkara – Iż-żewġ timijiet iridu jpattu għad-diżappunt li esperjenzaw ftit tal-ġranet ilu … meta Floriana kienu 90 minuti ‘l bogħod mir-rebħ tal-Premier League u spiċ­ċaw fi draw ta’ 1-1 biex sfur­zaw is-semi-finali.

U mbagħad filwaqt li Floriana ġew eliminati minn Hamrun Spartans bl- għoti tal-penalties bl-iskor ta’ 4-2 wara li temmew fi draw ta’ 0-0, Birkirkara tilfu l-finali kontra l-istess Spartans bl-iskor ta’ 1-0.

Din għandha tkun partita bilanċjata u eċċitanti u miftuħa għal kull riżultat … u ma tkun l-ebda sorpriża li r-rebbieħ jiġi deċiż bl-għoti tal-penalties.

Biex waslu sal-aħħar erbgħa, Floriana eliminaw liż-żewġ timijiet Għawdxin – Xewkija Tigers (2-0) fit-tieni round u lil Victoria Hotspurs (4-1) fit-tielet round … u għelbu lil Mosta (2-0) fil-kwarti-finali.

Il-Karkariżi għelbu lil Balzan (2-1) fit-tieni round, u liż-żewġ timijiet miċ- Challenge League – Fgura United (3-0) fit-tielet round u lil Valletta (3-1) fil-kwarti-finali.

Din se tkun il-51 darba li Floriana se jilagħbu fis- semi-finali filwaqt li għal Birkirkara se tkun is-27 waħda.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport