Sunday, November 24, 2024

Illum jirritorna l-BBC Concert Orchestra għall-ħames darba fuq il-Fosos tal-Floriana

Aqra wkoll

Għal ħames darba, illum ser jirritorna l-BBC Concert Orchestra fuq il-Fosos tal-Floriana. B’70 mużiċist u 6 kantanti, it-tema ta’ din is-sena ser tkun qiegħda titratta “The Iconic Queens of Soul” b’diski tal-kantanti ikoniċi Tina Turner, Whitney Houston u Aretha Franklin.

Apparti l-eluf ta’ Maltin, Għawdxin u turisti li mistennija jattendu biex igawdu dan l-avveniment, din l-istess serata ser tkun qiegħda tinstema fuq l-istazzjon BBC Radio 2, wieħed mill-aktar stazzjonijiet tar-radju segwiti fir-Renju Unit. 

Dawn id-dettalji ġew spjegati f’konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika Clayton Bartolo fil-preżenza tal-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità  Maltija għat-Turiżmu Carlo Micallef u r-rappreżentanti tal-organizzaturi.

 
Il-Ministru Clayton Bartolo rrimarka kif dan il-kunċert daħal sew fil-kalendarju kulturali tal-avvenimenti li jsiru f’pajjiżna matul is-sajf. “Apparti l-kwalità fit-talent li jġib miegħu l-BBC Concert Orchestra dan ifisser esperjenza isbaħ għal min jattendi għalih iżda fuq kollox opportunità oħra li permezz tiegħu nkomplu nkabbru l-viżibilità tal-Gżejjer Maltin fis-suq Brittanniku,” iddikjara l-Ministru Clayton Bartolo. Huwa temm jgħid li l-Gvern impenjat li jkompli bil-ħidma tiegħu biex Malta tkompli tesperjenza turiżmu ta’ kwalità matul is-sena kollha.
 

Sport