Friday, December 27, 2024

Illum jirritorna s-Serie A bl-aqwa partita tkun Inter v Napoli

Aqra wkoll

Wara waqfa ta’ seba’ ġimgħat minħabba t-Tazza tad-Dinja 2002, illum jirritorna l-Kampjonat Taljan bl-aktar partita li tispikka tkun dik bejn Inter u Napoli, b’dawn tal-aħħar qed jillidjaw il-klassifika b’vantaġġ ta’ tmien punti fuq l-eqreb rivali Milan. 

Inter v Napoli – Bla dubju  din hija l-aktar logħba attraenti ta’ dan il-programm.

Il-leaders Napoli  qed igaw­du vantaġġ sostanzjali fil-quċċata iżda wieħed irid jara jekk hux se jibqgħu jżommu l-konsistenza wara din il-waqfa twila. 

Din hija partita ferm diffiċli għall-Partenopei kontra team li xejn għajr minn reb­ħa ma tissodisfa l-kriterji tagħhom jekk iridu jibqgħu jisfidaw għar-rebħ tat-titlu. 

Il-coach ta’ Napoli, Luciano Spalletti, għandu l- iskwadra kollha għad-dispożizzjoni filwaqt li Inter se jkollhom jgħaddu mingħajr is-servizzi tal-imweġġgħin Stefan De Vrij u Marcelo Brozovic.

Salernitana v Milan – Iċ-champions renjanti, Milan, imorru jilagħbu għand Salernitana f’dik li hija meq­jusa bħala waħda delikata. 

Iżda rebħa hija imperattiva għar-Rossoneri fit-tenattiv li ma jaqtgħux il-pass ma’ Napoli minħabba li jinsabu tmien punti ‘l bogħod. 

Salernitana jinsabu trankwilli f’nofs il-klassifika bi 17-il punt u ma għandhom l-ebda pressjoni fuqhom u għaldaqstant jinżlu bi pjan prudenti. 

Milan se jkunu min­għajr Zlatan Ibrahimovic, Ante Rebic, Mike Maignan, Alessandro Florenzi u Divock Origi minħabba li qed jirkupraw minn injury. 

Luigi Sepe, Giulio Maggiore u Pasquale Mazzocchi huma neqsin għal Salernitana minħabba l-istess raġu­ni.

Cremonese v Juventus– Juventus jibdew favoriti li jiksbu t-tliet punti meta jmorru jilagħbu għand Cremonese. 

Il-club tal-Bianconeri, ma­tul dawn l-aħħar ġimgħat għadda minn turbulenza qawwija b’bosta rinżenji tal- amminstrazzjoni wara llegalitajiet fis-swieq tat-trasferimenti. 

Qabel il-waqfa tal-kampjonat, Juventus kien għaddejin minn sensiela ta’ riżultati pożittivi li tellgħuhom fit-tielet post tal-klassifika.

Għal din il-partita, huma se jkollhom bosta players neqsin fosthom Dusan Vlahovic, Juan Cuadrado, Paul Pogba, Leonardo Bonucci u Kaio Jorge.

Lecce v Lazio – Din hi logħba li Lazio iridu jirbħu akkost ta’ kollox. 

Huma qed jaqsmu r-raba’ post tal-klassifika flimkien ma’ Inter u għalhekk il-coach, Maurizio Sarri, qed jimmira għall-kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions Lea­gue. 

L-avversarji hu­ma Lecce li sa ċertu punt jinsabu xi ftit trankwilli fil- klassifika meta kisbu 15-il punt minn daqstant logħbiet. 

Iż-żewġ coaches rispettivi mistennija jutilizzaw l-aqwa formazzjoni possibbli minħabba li l-players kollha huma għad-dispożizzjoni.

Ekonomija

Sport