L-Ukrajna mhux mistennija li tkompli bl-operazzjoni tal-evakwazzjoni llum, hekk kif is-sitwazzjoni fit-toroq hija perikoluża wisq. Dan ħabbritu d-Deputat Prim Ministru Ukrena, Iryna Vereshchuk, fuq il-midja soċjali.
Hija talbet lil dawk l-individwi li qed jistennew biex jiġu evakwati minn Mariupol sabiex iżommu s-sabar sakemm titjieb daqsxejn is-sitwazzjoni.