Miguel verament għandu bżonn it-talb tagħkom. Ta’ 2 sentejn u disa’ xhur, Miguel ġie diagnosed bil-leukemia. Kien bidu ta’ vjaġġ twil u diffiċli għalih u għall-familja tiegħu. Sfortunatament Miguel kellu darbtejn relapse tal-leukemia u meta kellu 9 snin, Miguel kellu jitla’ l-Ingilterra għal 9 xhur sħaħ biex jagħmel trapjant tal-mudullun.
Dan kien il-messaġġ li wassal Puttinu Cares permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali, fejn ingħad li; “Illum Miguel għandu 18-il sena. Sfortunatament bħalissa qed jerġa’ jaffaċċja sfida kbira oħra, hekk kif qed jieħu kura għal brain tumour, u kellu jqatta’ diversi xhur oħra ta’ kura”.
Intqal ukoll; “Grazzi għall-ġenerożità tagħkom, Miguel u l-familja tiegħu setgħu joqogħdu b’xejn fl-appartament ta’ Puttinu Cares f’Sutton, fejn minkejja li kienu ’l bogħod mid-dar, sabu l-kenn u s-sapport tal-poplu Malti u Għawdxi jistennihom hemm”
Il-familja ta’ Miguel tibqa’ grata immens lejn Puttinu Cares, għax f’dawn is-snin sabu familja oħra li mexiet magħhom pass pass f’dan il-vjaġġ twil. Sittax-il sena ta’ tbatija, iżda minkejja kollox huma qatt ma waqfu jagħtu lura.
Tant hu hekk li ż-żiju ta’ Miguel, Noel ta’ Susina Farmhouse, ilu għal dawn is-snin kollha jipprovdi pizza b’xejn kull nhar ta’ Ħadd lill-familji u lill-istaff fir-Rainbow Ward – ġest ta’ mħabba u solidarjetà lejn dawk li għaddejjin mill-istess triq.
Illum, Miguel għandu bżonn ħafna t-talb tagħna. Nitolbukom biex iżżommuh lil Miguel u lill-familja tiegħu fit-talb tagħkom f’dawn iż-żminijiet tant diffiċl



