Wednesday, July 24, 2024

Illum nistennew riħ qawwi ħafna

Aqra wkoll

Minn kmieni waranofsinhar tal-lum, fuq pajjiżna se tidħol pressjoni baxxa li konsegwenza ta’ dan se jitqawwa ħafna r-riħ.

Dalgħodu r-riħ qiegħed jonfoħ min-Nofsinhar għal Nofsinhar il-Lbiċ Forza 4 għal 5, li aktar ma jgħaddi l-ħin aktar se jkompli jitqawwa.

Għall-ħabta ta’ nofsinhar ir-riħ mistenni jdur Punent il-Lbiċ fejn sal-lejla mistenni jilħaq Forza 8 u anke buffuri ta’ Forza 9.

Matul illum u għada mistennija anke xi xita fejn hu mħabbas li tagħmel bejn 3mm sa 9mm fuq medja nazzjonali. Il-kundizzjoni tal-baħar se jkun Moderat għal Qawwi Ħafna filwaqt li d-direzzjoni tal-mewt se jkun min-Nofsinhar għal Punent il-Lbiċ.

Minħabba l-qawwa tar-riħ madwar il-gżejjer Maltin l-aktar fuq jolqot se jkollna mewt ta’ 1.5 metri għal 7.5 metri. Għalhekk wieħed irid joqgħod ferm attent jekk jersaq lejn il-kosta.

Ir-riħ se jonqos matul il-jum ta’ għada l-Ħadd filgħodu u jsir Forza 6 għal 7 minn nofs il-jum u jibqa’ persistenti sa kmieni t-Tlieta 9 ta’ Jannar. Ir-riħ se jibqa’ mill-Punent tul dan il-ħin.

Ekonomija

Sport