Illum waranofsinhar issejħet laqgħa tal-Bord Eżekuttiv biex tiġi diskussa t-talba mressqa minn Hamrun Spartans FC biex jirreġistraw lill-eks President tagħhom, is-Sur Joseph Portelli, bħala plejer. Dan wara r-riżenja ta’ dan tal-aħħar mill-kariga ta’ president tal-klabb il-ġimgħa li għaddiet.
Malli rċeviet it-talba għar-reġistrazzjoni, il-kwistjoni ġiet riferuta immedjatament lill-Kumitat tal-Etika u l-Konformità fuq il-bażi tal-Politika tal-Immaniġġjar tar-Riskju tar-Reputazzjoni tal-Assoċjazzjoni. Il-Kumitat iltaqa’ lbieraħ filgħaxija fejn appella wkoll lis-Segretarju tal-Każin biex jipprovdi l-pożizzjoni tal-klabb.
Ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat se tiġi ppreżentata lill-Bord Eżekuttiv fil-laqgħa tal-lum.
Ir-reġistrazzjoni tal-plejers hija possibbli sal-lum 31 ta’ Jannar 2023 f’nofs il-lejl.