Sunday, December 22, 2024

Illum qed tiġi ċċelebrata l-festa ta’ San Pawl tal-Belt

Aqra wkoll

Illum fil-Belt Valletta qed tiġi ċċelebrata l-festa ta’ San Pawl. Il-festa liturġika ta’ dan il-Qaddis tiġi mfakkra fl-10 ta’ Frar, iżda minħabba li kien żmien ir-Randan din ma saritx fil-jum tagħha.

Aktar kmieni llum saret il-quddiesa pontifikali fil-Kolleġġjat ta’ San Pawl Nawgrafu mmexxija mill-Arċisqof Charles Scicluna u li għaliha attendew l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż.

Fost dawk li attendew kien hemm il-il-President ta’ Malta George Vella u s-Sinjura Vella, il-Prim Ministru Robert Abela, il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, il-Prim Imħallef Mark Chetcuti u l-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola.

L-Arċisqof Scicluna fl-omelija tiegħu qal li l-Knisja llum qed tiċċelebbra l-festa ta’ San Pawl biex tfakkar l-oħla dawl. Dan ifisser id-dawl tal-Evanġelju li l-Mulej libbes lil din il-gżira permezz tal-Appostlu Missierna.

Tkellem ukoll dwar it-tagħlim ta’ San Pawl fuq id-doni tad-dehen, il-ħniena, is-saħħa, l-għaqda u s-sliem, doni li nsibuhom ukoll fl-Innu Malti.

L-Arċisqof Scicluna talab għall-paċi fid-dinja kollha b’mod partikolari fl-Ukranja u l-gwerra li għaddejja fil-Lvant Nofsani.

Aktar tard illejla toħroġ il-purċissjoni waqt li għada ssir quddiesa ta’ ringrazzjament fis-6.00pm bl-istatwa ta’ San Pawl tidħol lura fin-niċċa.

Ekonomija

Sport