Wednesday, December 25, 2024

Illum se jiġi inawgurat il-Liverpool Supporters’ Club ta’ Għawdex

Aqra wkoll

Illum, fix-Xewkija, se jiġi inawgurat il-Liverpool Supporters Club ta’ Għawdex. Il-club il-ġdid se jiġi inawgurat bħala parti mill-25 anniversarju tal-club fil-gżira Għawdxija.

Għal din l-okkażjoni hawn f’pajjiżna tliet persuni sinonimi ma’ Liverpool, Bruce Grobbelaar, Sammy Lee u Phil Thompson.

Bruce Grobbelaar, li huwa minn Żimbabwe, kien goalkeeper tar-Reds bejn l-1981 u l-1994. B’kollox huwa lagħab 628 darba ma’ Liverpool u magħhom rebaħ il-kampjonat sitt darbiet, tliet darbiet l-FA Cup u l-League Cup u darba ċ-Champions League fl-1984.

Sammy Lee ddebutta fl-1978 iżda sar player regolari mill-1980. Huwa baqa’ sal-1986, imbagħad irritorna fl-irwol ta’ assistant coach, fl-1993. 

Fl-2008, Sammy Lee nħatar assistant coach ta’ Rafael Benitez. 

Phil Thompson beda l-karriera ma’ Liverpool fl-1971. Il-karriera tiegħu kienet karatterizzata minn numru ta’ injuries, tant li kellu jirtira ta’ 31 sena. Huwa baqa’ mar-Reds bħala player sal-1984, imbagħad kompla bħala coach taħt it-tmexxija ta’ Kenny Dalglish.

Huwa serva bħala assistant coach taħt it-tmexxija ta’ Gerard Houllier mill-1999 sal-2004.

Għall-inawgurazzjoni ta’ dan il-club huwa mistieden ukoll il-kantant minn Liverpool, Marc Kenny, l-awtur ta’ kanzunetti bħal Egyptian King Mo Salah, Trent Alexander-Arnold (Corner Taken Quickly), Alisson Becker (All We Need) u oħrajn. 

Barra minn hekk, se jkun preżenti wkoll il-grupp lokali Cash and Band.

Ekonomija

Sport