Friday, March 29, 2024

Il-Pulizija Belġjana twettaq raid ieħor fil-Parlament Ewropew

Aqra wkoll

Hekk kif il-Pulizija Belġjana baqgħet tinvestiga l-iskandlu Qatargate, jirriżulta li ftit tal-ħin ilu twettqet raid fil-Parlament Ewropew fejn saret tfittxija f’uffiċini ta’ żewġ Membri Parlamentari Ewropej.

Il-midja internazzjonali qed tirraporta li t-tfittxija saret fl-uffiċini tal-MEP Taljan Andrea Cozzolino u l-MEP Belġjan Marc Tarabella li jinsabu fil-15-il sular tal-Bini tal-Parlament.

Eric Van Duyse, kelliem għall-pulizija Belġjana kkonferma li aktar kmieni llum sar raid kbir fil-bini tal-parlament. Hu ma tax aktar dettalji, iżda kollox qed jindika li din saret b’rabta mal-iskandlu Qatagate.

Ekonomija

Sport