Monday, May 13, 2024

Illum studenti Għawdxin iżanżnu Skola Medja ġdida

Aqra wkoll

Studenti Għawdxin tal-Forms 1 u 2 llum jidħlu għall-ewwel darba fl-Iskola Medja l-ġdida. Dan il-proġett huwa parti minn dak tal-bini ta’ Skola Primarja ġdida fir-Rabat, Għawdex li se tieħu post dik preżenti li għandha madwar 160 sena. Dan l-investiment ta’ madwar €18-il miljun involva wkoll it-tkabbir u l-immodernizzar tal-Iskola Medja fl-istess kampus. 

Wara xogħol estensiv li kompla saħansitra waqt il-festi tal-Milied, dawn l-istudenti issa se jkunu jistgħu jieħdu l-edukazzjoni tagħhom f’ambjent modern u sabiħ. 

Sadanittant, ix-xogħol f’dan il-kumpless edukattiv se jibqa’ għaddej bil-għan li jkun komplut kollu kemm huwa qabel is-sena skolastika li jmiss fejn mbagħad jidħlu wkoll l-istudenti fil-parti ta’ l-iskola Primarja l-ġdida.

Sport