Wednesday, April 24, 2024

Jinġabru €1,965 b’risq Puttinu Cares waqt il-funeral taż-żagħżugħ Eric Borg

Aqra wkoll

Jidher li x-xewqa tal-familja ta’ Eric Borg intlaqgħet sew, hekk kif kienu bosta dawk li taw donazzjonijiet lil Puttinu minflok inxtraw il-fjuri. F’kitba li ttellgħet minn Puttinu Cares, tħabbar li waqt il-quddiesa tal-funeral inġabret is-somma ta’ €1,965.

Eric Borg ta’ 27 sena mir-Rabat, il-vittma tal-ewwel omiċidju li seħħ fl-ewwel sigħat tal-bidu ta’ sena ġdida ingħata l-aħħar tislima is-Sibt li għadda fil-Knisja ta’ San Pawl fir-Rabat. 

Eric kien deskritt bħala żagħżugħ ta’ ftit kliem, li kien jitkellem ħafna b’għajnejh, dejjem kien eżemplari, dejjem rasu baxxuta u dejjem ifittex li jara lil ta’ madwaru jkunu kuntenti.

Sport